Aktar minn 400 negozju u intrapriża fittxew l-għajnuna tal-Malta Enterprise minħabba l-effett tal-imxija tal-Coronavirus li ma laqtitx biss lil pajjiżna iżda lil kull rokna fid-dinja.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia qal li kumpaniji minn kull settur, fosthom dawk fis-settur turistiku u li joffru servizz, talbu l-għajnuna tal-Malta Enterprise
Is-Sur Farrugia spjega: “Kumpanija fil-qasam tat-turiżmu u negozju. Dawk li joffru servizz u retail li b’xi mod imissu ma turist u jridu kuntatt u dan is-servizz qed jinqata’.”
Kurt Farrugia qal li quddiem din iċ-ċirkostanza, ħaddiema tal-Malta Enterprise bdew jgħinu lin-negozji u intrapriżi sabiex jingħataw inċentivi li jagħtuhom nifs f’dan il-mument mhux mistenni.
Huwa sostna: “L-impatt li qed jiġri bħalissa jaraw it-telf u n-nuqqas ta’ bejgħ u anki qegħdin jiġu bis-suġġeriment huma u aħna nisimgħu.”
Negozji u intrapriżi jistgħu jingħataw assistenza mill-Malta Enterprise billi jċemplu fuq 144 jew jibgħatu email fuq covid@maltaenterprise.com
Is-Sur Farrugia temm jispjega: “F’dan il-perjodu żmien mhux faċli ngħaddu min hu u b’mod bil-għaqal tirpilja l-ekonomija u terġa’ tqum fuq saqajha.”