Mal-wieħed u erbgħin persuna imutu wara li żviluppaw nirien fil-knisja ta’ Coptic Abu Sifin f’Giza, l-Eġittu.
Hu mifhum li n-nar beda minn ħsarat fl-elettriku u bblokka l-entratura tal-knisja meta kien hemm mal-ħamest’elef adoratur. F’mument ta’ paniku, mbagħad in-nies ħarġu jiġru bil-konsegwenza li għaddew minn fuq persuni oħra, bil-maġġoranza ta’ dawk li mietu kienu tfal.
In-nirien kienu kkontrollati madanakollu għadu ma sarx magħruf x’kienet il-kawża eżatti li kebbsitu.
Il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi ta l-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familji tal-vittmi innoċenti.
Bħalissa għaddejjin investigazzjonijiet sabiex ikun magħruf kif beda n-nar.