Skont informazzjoni miġbura mill-Università Amerikana John Hopkins aktar minn 4 miljun persuna infettati bil-coronavirus ġew ikkonfermati madwar id-dinja.
Madanakollu, l-esperti wissew illi r-rata reali ta’ infezzjonijiet x’aktarx hija ferm aktar għolja minn dak li qed jiġi rraportat u dan għaliex f’ħafna pajjiżi r-rata ta’ testijiet hija baxxa.
L-Istati Uniti tibqa’ l-agħar pajjiż madwar id-dinja milquta mill-pandemija COVID-19, fejn irreġistrat aktar minn kwart tal-każijiet u terz tan-numru ta’ mwiet.
Globalment, in-numru ta’ mwiet kawża tal-coronavirus huwa ta’ ftit aktar minn 277,000, iżda, ir-rata ta’ mwiet qed tonqos f’ċertu pajjiżi.