Miljuni ta’ karti tal-flus u kif ukoll muniti madwar id-dinja li fuqhom hemm wiċċ ir-Reġina Eliżabetta II, mistennija jinbidlu kollha kemm huma.
Għal aktar minn sebgħin sena, ir-Reġina dehret fuq il-muniti tar-Renju Unit, bl-immaġini tagħha jinbidlu maż-żmien hekk kif kibret fl-età. Ir-Reġina dehret fuq il-karti tal-flus għal aktar minn sittin sena, l-ewwel Monarka Brittanika. L-immaġini tagħha deher ukoll fuq muniti ta’ pajjiżi oħra li kienu taħt it-tmexxija Brittanika.
Mill-1953, sena wara li r-Reġina ħadet it-tron, il-muniti fir-Renju Unit kellhom ħames verżjonijiet tal-immaġini tar-Reġina fejn dehret fuq il-karti tal-flus fl-1960.
Issa dawn il-muniti u l-karti tal-flus kollha jridu jinbidlu bl-immaġini tar-Re Karlu III, hekk kif b’kollox hemm 4.7 miljun karti tal-flus fir-Renju Unit ta’ valur ta’ £82 biljun.