Fil-Pakistan, aktar minn tlieta u tletin miljun presuna ġew affettwati minn xita u għargħar li għerrqu l-pajjiż, u li tniżżlu fl-istorja bħala l-agħar maltempati li qatt laqtu lill-pajjiż.
Minn Ġunju, aktar minn disa’ mitt persuna tilfu ħajjithom minħabba xita u għargħar fl-istaġun tal-monsoon, li qed ikompli jikser ir-rekords tat-temp.
Il-Ministru tal-Klima tal-Pakistan qalet li l-Gvern qed jiġġieled battalja ma’ diżastru umanitarju sproporzjonat minħabba t-tibdil fil-klima.
Dan il-pajjiż talab għal iżjed għajnuna internazzjonali, fid-dawl li dan huwa t-tmien ċiklu ta’ maltemp f’dan l-istaġun, meta s-soltu dan il-pajjiż jesperjenza bejn tlieta u erba’ ċikli ta’ xita