Ix-xahar li għadda għaddew tliet mija u ħdax-il elf, passiġġier mill-mitjar Malti.
Dan intqal fi stqarrija mill-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta.
F’din l-istqarrija ntqal kif matul ix-xahar ta’ Lulju żdiedu l-opportunitajiet ta’ safar għas-suq lokali hekk kif il-linja nazzjonali ta’ Franza, Air France nediet servizz ta’ tliet darbiet fil-ġimgħa lejn l-ajruport ta’ Charles De Gaulle f’Pariġi.
Fl-istess xahar, żdiedu wkoll ir-rotot ġodda ta’ Chania u Cagliari mal-iskeda tas-sajf tal-ajruport.
Intqal ukoll kif ir-Renju Unit reġa’ jinsab fost l-aqwa ħamest iswieq tal-mitjar Malti.
Dan wara li ġew rilaxxati r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi.
Mar-Renju Unit fl-ewwel ħamest iswieq hemm ukoll il-Ġermanja, Franza, l-Polonja u l-Italja.