Madwar 3,325 student se jiggradwaw hekk kif mistennija li jsiru ċ-ċerimonja.
Din il-ġimgħa se jkunu qed isiru żewġ quddisiet tal-gradwazzjoni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
L-ewwel quddiesa se tkun qed issir il-Ħamis 9 ta’ Novembru fis-18:30 fejn għal din il-quddiesa se jattendu studenti mill-Fakultajiet tal-Built Environment, Dental Surgery, Economics, Management and Accountancy, Medicine and Surgery, Health Sciences u Institutes, Ċentri u Skejjel tal-Performing Arts.
It-tieni quddiesa se ssir il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru fis-18:30 għall-Fakultajiet tal-Arti, Edukazzjoni, Engineering, Liġi, Xjenza, Information and Communication Technology, Media and Knowledge Sciences, Social Wellbeing and Theology.
Sal-lum, in-numru ta’ studenti li mistennija jiggradwaw hu ta’ 3,325 student li fosthom hemm 1989 mara u 1336 raġel. L-ammont ta’ studenti li mistenni jiggradwaw hu aġġornat sal-lum, fejn it-total finali mistenni jitla’.