Matul is-sena l-oħra, l-Awtorità tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali għamlet aktar minn tlett elef spezzjoni fid-djar residenzjali ta’ Malta u Għawdex kollha għall-ħarsien biex ikunu assigurat għoti ta’ servizz adegwat lill-anzjani fost oħrajn.
Minn dawn l-ispezzjonijiet, l-Awtorità ħarġet erbgħin kundizzjoni għal-liċenzjar ġdida għall-operaturi tal-ħarsien soċjali, filwaqt li ġew imġedda aktar minn mitejn liċenzja oħra.
Din l-Awtorità tirregola s-servizzi kollha ta’ ħarsien soċjali għall-anzjani u l-persuni b’diżabilità fost oħrajn, bil-għan li tiżgura lill-organizzazzjonijiet jimxu skont l-istandards li ġew implimentati u dawk li qed jiġu implimentati sabiex is-servizzi li jingħataw l-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum u fid-djar tal-anzjani jkunu tal-ogħla livell.
L-uffiċjal tal-Infurzar tal-Awtorità, Lilian Azzopardi spjegat li tul is-sena l-oħra saru diversi spezzjonijiet biex jiġi assigurat li kull dar tal-anzjani jkollha l-miżuri neċessarji fil-kontroll tal-Covid-19.
Hija kompliet tgħidilna kif meta jsibu servizz li mhux qed jitħaddem sew, l-assessuri jagħmlu rapport u jaraw li s-sitwazzjoni titjieb.
Spjegat, “Fejn sibna n-nuqqasijiet dawn ridu jiġu irrimidjati u għamilna anke investigazzjoni u ħarġu anke multi, bħal eżempju nuqqas ta’ ksur ta’ bubbles jew inkella protokoli ta’ infection control.”
L-ufficjal tal-infurzar spjegat ma’ dan l-istazzjon kif ix-xogħol ta’ moniteraġġ li kien isir qabel il-pandemija ma waqafx, hekk kif xorta baqgħu jaraw li s-servizz li jingħata fid-djar tal-anzjani, fost oħrajn ikun tal-ogħla livell.
Anthea Dalli, assessur tal-Awtorità saħqet li tul il-pandemija din l-Awtorità serviet ta’ għajuna lill-Awtorijatiet tas-Saħħa bl-eżerċizzju nazzjonali tal-intraċċar tal-kuntatti wara li jiżviluppa każ pożittiv għall-virus.
L-Awtorità anki tat sehemha fit-testijiet li saru għall-virus fid-djar tal-anzjani.
Dan sabiex id-djar tal-anzajni ikollhom stampa ċara tas-sitwazzjoni rispettiva tagħhom.
Hija spjegat ukoll li tul din is-sena l-awtorità kienet strumentali ukoll f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ tilqim, hekk kif minn mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw aktar minn tlett elef u disa’ mitt doża lill-anzjani fid-djar tal-anzjani.
Qalet, “Aħna għinna ukoll fil-contract tracing u fis-swapping fejn tagħjna ħamsa u sebgħin elf swap fid-djar tal-anzajni. F’Jannar għinna fil-vaċċin fid-djar tal-anzajni,bdejna mainly, fejn tagħjna tlett elef disa mitt vaċċin lill-anzjani.”