Aktar minn tlett elef sewwieq bdew jagħmlu użu mis-servizz tal-karozzi elettriċi li jistgħu jagħmlu użu minnhom sewwieq differenti matul il-jum.
Is-servizz li qed jingħata mill-kumpanija CarToGo beda jiġi offrut f’Novembru li għadda bi flotta ta’ mija u ħamsin karozza elettrika. Il-karozzi jistgħu jiġu pparkjati f’erba’ mija u ħamsin parkeġġ madwar Malta.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ GoTo Malta, Liran Golan, spjega li bħalissa qed isiru bejn tliet mija u erba’ mitt vjaġġ kuljum.
Is-servizz jaħdem b’app fuq il-mobile li minnha s-sewwieq jibbukkja karozza qrib tiegħu, jiftaħha, u jista’ jibda jsuqha bil-prezz ta’ tmienja u għoxrin ċenteżmu fil-minuta. Il-karozza jista’ jipparkjaha f’parkeġġi riservati apposta.
Dan is-servizz jimla vojt fis-sistema ta’ trasport Malti, u joffri faċilità ta’ trasport bil-karozza minn post għall-ieħor, mingħajr ma wieħed ikollu bżonn li jkollu karozza tiegħu personali.
Il-kap eżekuttiv, qal li n-numru ta’ sewwieqa li qed jagħmlu użu mis-servizz huwa inkoraġġanti ħafna tant li qabżu l-aspettattivi tagħhom.
Spejga li mhux jeskludi li jibdew joffru servizzi ġodda, bħal li wieħed jirriserva l-karozza tiegħu minn ħafna qabel, u kirjiet ta’ karozzi għal iktar ħin.
Is-Sur Golan qal li numru ta’ sewwieqa qegħdin jippreferu jagħmlu użu minn dan is-servizz flok bil-karozza privata tagħhom.
Temm jgħid li l-kumpanija tieħu ħsieb li l-karozzi jinżammu nodfa u fl-aqwa qagħda possibbli/ Dan flimkien ma’ għajnuna immedjata lil dawk li jużaw is-servizz, kemm fl-app u anke fil-karozzi (għandna shot lejn l-aħħar, ta’ buttuna fil-karozza).