Matul is-sena li għaddiet ftit aktar minn tliet mitt anzjan u anzjana sfaw vittmi ta’ reat, żieda ta’ ftit aktar minn ħamsin meta mqabbel mar-rapporti li daħlu fl-elfejn u sbatax.
Ir-rapporti lill-Pulizija saru dwar sa offiżi fuq il-persuna, vjolenza domestika, serq u snatch and grab.
TIP TA’ RAPPORT | 2017 | 2018 | Total |
Offiżi fuq il-Persuna | 72 | 112 | 184 |
Vjolenza domestika | 124 | 143 | 267 |
Serq bl-armi | 6 | 3 | 9 |
Mugging | 9 | 6 | 15 |
Snatch & Grab | 48 | 47 | 95 |
Total | 259 | 311 | 570 |
Mistoqsi minn ONE NEWS dwar l-abbużi li jsiru fuq l-anzjnai, il-kap tal-Ġerontoloġija fl-Universita ta’ Malta, il-Professur Marvin Formosa qal li bħala parti mill-istrateġija nazzjonali għall-anzjanità attiva, iddaħħlu emendi fil-kodiċi kriminali li ħarrxu l-pieni ta’ reati fuq l-anzjani.
Il-Professur Formosa qal wara li ħraxu l-pieni, il-pass li jmiss se jkun l-att dwar l-anzjanità sabiex ħadd ma jabbuża mill-vulnerabilità tagħhom.
Il-Professur Formosa qal ukoll li l-abbuż jmur lil hinn minn vjolenza verbali jew fiżika. Dawk li jkunu obbligati finanzjarjament jew emozzjanalment li jieħdu ħsieb xi anzjan jew anzjana iżda jonqsu milli jagħmlu dan, ukoll jistgħu jkunu ħatja ta’ abbuż.