L-urugan qattiel Matthew li bħalissa qed jiddomina n-Nofsinhar ta’ Ħaiti, ikkawża l-mewt ta’ aktar minn 300 persuna.
Waħda mill-ibliet ewlenin tal-pajjiż spiċċat bi tmenin fil-mija tal-binjiet meqruda għal kollox, filwaqt li f’belt oħra nqerdu mat-tletin elf dar.
Mal-ħin l-urugan qed ikompli jsir aktar qawwi u b’saħħtu, u bħalissa jinsab fi triqtu lejn l-iStat ta’ Florida.
L-urugan Matthew huwa l-iktar wieħed b’saħħtu li qatt ħakem lill-Karibew fl-aħħar għaxar snin, u wara li ħalla ħsara kbira fil-Baħamas, issa qed jiddomina f’Ħaiti u jmiss lil Florida.