L-aġenzija tal-Gvern Infrastructure Malta ħabbret li rċeviet aktar minn 30 sottomissjoni għall-inizjattiva Vjal Kulħadd.
F’din l-inizjattiva, il-kunsilli applikaw għal proġetti li jinċentivaw modi varji ta’ trasport fil-lokalitajiet rispettivi fejn it-toroq ukoll jagħtu iżjed prijorità lin-nies.
Fit-tnedija ta’ din l-inizjattiva, il-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura Chris Bonett sostna li din l-inizjattiva se twassal għal qalba meħtieġa anke fl-operat tal-aġenzija Infrastructure Malta, minn waħda ta’ proġetti tat-toroq għal waħda bi proġetti anke ambjentali, li hu wkoll punt tat-tluq biex in-nies tibda tidra tgħix mod ieħor fil-lokalità.
L-aġenzija Infrastructure Malta qalet li issa għaddej il-proċess tal-għażla sabiex isiru dawn il-proġetti, b’investiment ta’ €10 miljun.