Minn tal-inqas tletin persuna mietu u għexieren indarbu wara li ferrovija ħarġet mill-binarji fil-Pakistan.
Il-midruba ttieħdu fi sptarijiet differenti, filwaqt li l-awtoritajiet għadhom qed jippruvaw isalvaw in-nies li nqabdu fil-ferrovija.
Il-gvern iddikjara stat ta’ emerġenza.
Il-Ministru responsabbli mit-trasport qal kif l-ewwel investigazzjonijiet juru li l-ferrovija kienet miexja b’veloċità normali u għad irid jiġi stabbili x’wassal għal dan l-inċident.
Qed jiġi rrappurtat kif tmien kabini tal-ferrovji ħarġu minn fuq il-binarji.