Sa dalgħodu, aktar minn 200,000 persuna ħadu d-doża tal-booster f’pajjiżna
Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan l-ammont ta’ persuni mlaqqma bil-booster intlaħaq l-għada li nfetħet ir-reġistrazzjoni għal dawk li ’l fuq minn 18-il sena sabiex jieħdu din id-doża addizzjonali.
Id-Deputat Prim Ministru ħeġġeġ lin-nies sabiex jirreġistraw fuq is-sit vaccin.gov.mt.