Aktar minn 2,000 familja kellhom jaħarbu mid-djar tagħhom fil-belt Afganistana ta’ Kunduz wara ġlied kbir.
L-evakwazzjoni saret wara li militanti Talibani ħatbu taħt idejhom fid-distrett ta’ Qala-e-Zal.
Il-gwerer komplew f’żoni oħra tal-belt, hekk kif it-Talibani qed jippruvaw iżidu t-tensjoni fuq it-truppi tal-Gvern kemm fit-Tramuntana u kif ukoll fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Il-militanti darbtejn daħlu Kunduz tul dawn l-aħħar sentejn, qabel ma’ ċedew.
Ingħad li filwaqt li ftit mill-familji li ħarbu sabu post ta’ refuġju għand tal-familja, huma bosta li sfortunatament qed ikollom jorqdu barra fit-toroq.