Persuna titlef ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn aktar minn mitejn karozza fiċ-Ċina.
L-inċident seħħ fil-belt ta’ Zhengzhou u kien kawża taċ-ċpar sostanzjali li naqqas ferm il-viżibbiltà tas-sewwieqa li kienu għaddejjin minn fuq il-pont fejn seħħ l-inċident.
Dan wassal biex ‘l fuq minn mitejn vettura, li jvarjaw minn vetturi żgħar sa trakkijiet kienu involuti f’dan l-inċident.
Il-post tal-inċident għamilha diffiċli biex tasal l-għajnuna speċjalment lil dawk li ndarbu, bil-maġġoranza tagħhom spiċċaw msakkrin fil-karozza tagħhom.
L-awtoritajiet Ċiniżi qalu li ntbgħatu mal-ħdax-il vettura tat-tifi tan-nar biex tassisti u mas-sitta u sittin membru tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-viżibiltà f’dawn il-postijiet qed tvarja bejn ħames mitt metru u mitejn metru fejn iċ-ċpar laqgħat l-aktar, skont l-uffiċċju meteoroloġiku.