Sena wara li beda l-proġett pilota tal-Live in Carers, l-applikazzjonijiet biex anzjani jkollhom LIVE IN carers qabżu l-mitejn, bl-ispiża allokata kienet ta’ miljun ewro.
Dan irriżulta minn mistoqsija parlamentari li wieġeb il-Ministru Michael Farrugia sena wara li ingħata bidu għall-proġett, u li dwarha aġġornana Patrick Vella, Direttur għall-Anzjanità u l-Kura fil-Komunità.
Vella sostna li peress li dan kien proġett pilota issa saru numru ta’ tibdiliet sabiex jirriflettu l-esiġenzi tal-anzjani u tal-carers infushom.