Aktar minn 200 qabar tal-massa li fihom eluf ta’ iġsma, nstabu f’żoni tal-Iraq li xi darba kienu kkontrollati mill-grupp tal-Istat Iżlamiku.
Dan irriżulta minn investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda li fiha ntqal li jista’ jkun hemm 12,000 vittma.
L-Istat Iżlamiku ħataf partijiet mill-Iraq fl-2014 u impona regola brutali, li b’mod komuni waslet għall-qtil ta’ dawk kollha mhux approvati.
Is-siti u n-noti tar-rapport, fihom evidenza kritika li mhux biss tidentifika l-vittmi iżda wkoll tgħin lill-prosekuturi jibnu każijiet għal reati tal-gwerra, reati kontra l-umanità u possibbilment ġenoċidju.