Il-Pulizija f’Pariġi arrestaw aktar minn 200 persuna li kienu mgħammda u jipprotestaw filwaqt li kissru l-ħġieġ ta’ ħanut u taw in-nar lil numru ta’ vetturi.
Il-grupp Anarkista, magħruf bħala Black Blocs, biddel protesta paċifika kontra l-President Emmanuel Macron f’waħda mimlija vjolenza.
Erba’ persuni, fosthom uffiċjal tal-Pulizija, indarbu ħafif.
Id-dimostranti ġew ikkontrollati mill-Pulizija permezz ta’ gass tad-dmugħ u kif ukoll permezz ta’ ilma li twaddab sabiex jinfirxu.