Aktar minn 200 immigrant huma maħsuba li tilfu ħajjithom wara li għerqu waqt li kienu abbord dgħajsa li għerqet ftit ‘il bogħod mill-kosta tal-Libja, dan skond organizzazzjoni Spanjola li tgħin lil persuni fil-bżonn.
Proactiva Open Arms qalet li s’issa sabu madwar ħames iġsma li kienu qrib dgħajsa meqluba, li kull waħda tesa’ mitt persuna.
Hu magħruf li l-ħames iġsma li ttellgħu kienu kollha rġiel ta’ età żgħira u li mietu wara li għerqu.
Kelliem għall-gwardja-kosta tal-Italja kkonferma din is-sejba, iżda qal li ma jistgħux jikkonfermaw in-numru ta’ mwiet li sostnew Proactiva, fejn qalu li huma ma rċevew l-ebda messaġġ jew sinjal li kien hemm bżonn l-għajnuna mill-istess dgħajsa.