F’għeluq it-tletin sena mit-twaqqif tal-għaqda tal-Armar tal-Parroċċa ta’ Ħaż-żabbar il-kumitat tal-istess għaqda laqqa’ aktar minn għoxrin qaddis f’forma ta’ statwi minn bliet u rħula differenti taħt saqaf wieħed.
Għal din l-esebizzjoni tħejja wkoll dokumentarju apposta li jgħinu lill-viżitaturi japprezzaw aktar l-artistrija u l-kult wara dawn l-istatwi.
It-teżorier tal-għaqda Reuben Pullicino spjegalna kif fost dawn l-istatwi hemm nisġa ta statwi moderni kif ukoll statwi pjuttost antiki li saħansitra jmorru lura għas-snin għoxrin.
Din il-wirja, li qed titella’ fis-sala Notre Dame f’Ħaż-Żabbar, se ddum miftuħa sal-Ħadd tnejn u għoxrin t’April, u se tiftaħ kuljum bejn is-sitta u d-disgħa ta’ filgħaxija, u fi tmiem il-ġimgħa anke bejn id-disgħa u nofs ta’ filgħodu u nofsinhar.