Fl-2018 l-ammont ta’ individiwi ta’ bejn is-16 u l-74 sena li użaw l-internet laħaq it-306,692 persuna. Dan ifisser 81.4 fil-mija tal-popolazzjoni totali ta’ pajjiżna.
Dan ħareġ minn statistika tal-NSO fejn irriżulta li 174, 243 persuna minnhom għamlu użu mis-servizzi ta’ e-Government li jirrappreżentaw total ta’ 56.8 fil-mija tal-popolazzjoni kollha li użat l-internet.
279,305 persuna użaw l-internet minn fuq l-ismart phone tagħhom filwaqt li 176,324 individwu użaw informazzjoni teknoloġika fuq xogħol, bl-aktar popolari jkun l-użu tal-e-mails.