Il-Qorti ordnat biex jinqerdu iżjed minn elf u seba’ mitt par żarbun li fuqhom kellhom il-marka falza ta’ Timberland.
Id-ditta Amerikana Timberland fetħet każ kontra l-kumpanija Eurl Iskalia minħabba serq b’falzità tal-marka tagħha.
Il-każ imur lura għad-disgħa ta’ Settembru li għadda meta waqt spezzjoni fid-Dwana inżammu mijiet ta’ kaxxi li fihom kellhom elf seba’ mija u ħamsa u ħamsin par ta’ żraben.
Din il-merkanzija falza kienet destinata għand il-kumpanija mħarka.
Il-Qorti qalet li l-produzzjoni ta’ dawn iż-żraben tikser il-liġijiet ta’ pajjiżna u dawk Ewropej u kien għalhekk li ordnat il-qerda ta’ dawn iż-żraben fi żmien disgħin ġurnata.