Il-kumpanija li tmexxi l-ajruport qalet li fl-aħħar ġimgħa tas-sena se tilqa’ iktar minn 160,000 passiġġier, jiġifieri rekord ta’ passiġġieri li se jivvjaġġaw fil-btajjel tal-Milied, bl-iktar jum impenjattiv tal-istaġun mistenni jkun it-28 ta’ Diċembru.
L-ajruport żied jgħid li l-prijorità matul dawn iż-żminijiet tibqa’ li l-vjaġġ ta’ kull passiġġier ikun, sigur, faċli u pjaċevoli.
Ħeġġeġ lill-passiġġieri biex jagħmlu check-in għat-titjira mid-dar u jaslu l-ajruport sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq. Appellat ukoll lill-passiġġieri biex ma jgeżwrux ir-rigali li se jżommu fil-bagalji tal-idejn.