Fl-aħħar 24 siegħa, aktar minn 1,500 mietu bil-Coronavirus fi Spanja u l-Italja.
L-akbar ammont ta’ mwiet kien fi Spanja hekk kif mietu 838 fl-aħħar 24 siegħa. Din kienet l-aktar ġurnata li ġew irreġistrati f’dan il-pajjiż minn kemm ilha li bdiet din il-pandemija, biex b’hekk b’kollox hemm 6,528 każi ta’ mwiet.
Filwaqt li fl-Italja fl-aħħar 24 siegħa mietu 736 persuna fl-aħħar u b’hekk ifisser li f’dan il-pajjiż mietu b’kollox 10,779.