Aktar minn 1,500 tifel u tifla fl-iskejjel primarji tal-Gvern jibbenefikaw mis-servizz b’xejn tal-Breakfast Club.
Fi tweġiba parlamentari, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li bejn Settembru u Diċembru tas-sena l-oħra kienu 1,567 student jew studenta li jieħdu kolazzjon bnin fl-iskejjel.
Il-Gvern kien nieda s-servizz tal-Breakfast Club f’April tal-2014 u l-iskejjel primarji bdew jiftħu fis-sebgħa ta’ filgħodu.
B’hekk dawk il-ġenituri li jaħdmu kmieni setgħu jwasslu lil uliedhom aktar kmieni filwaqt li t-tfal igawdu minn servizzi utli u tajbin għal saħħithom.