L-Awtorità tal-Integrità fl-Isport, l-AIMS, ħabbret li iżjed minn 150 organizzazzjoni sportiva, jew terz tal-entitajiet sportivi kollha f’pajjiżna, applikaw sa tmiem il-proċess fl-iskema REGitALL, li se tkun qed toffri għajnuna minn professjonisti mqabbdin u mħarrġin minnha.
Tali professjonisti se jassistu lill-organizzazzjonijiet sportivi billi jgħinuhom jimlew l-iskedi imsemmija, kif wkoll se joffru għajnuna f’kull tip ta’ titjib jew emendi neċessarji fl-istatuti tagħhom.
Fil-jiem li ġejjin kull min applika għall-iskema se jkun qed jiġi kkuntattjat mill-AIMS biex isiru l-appuntamenti neċessarji.
Għal aktar tagħrif dwar il-Liġi għar-reġistrazzjoni ta’ persuni sportivi wieħed jista’ jaċċessa s-sit elettroniku l-ġdid tal-awtorita – aims.org.mt.