90% tal-persuni li jkollhom wild ġdid jew jitilfu lil xi ħadd, qed jinnotifikaw lill-uffiċċju ta’ Identity Malta bbażat fl-Isptar Mater Dei.
F’ċifri mogħtija lil ONE NEWS jirriżulta li bejn Jannar u April ta’ din is-sena minn total ta’ 1,344 wild f’Malta ġew irreġistrati 1,207 fl-uffiċju ta’ Identity Malta f’Mater Dei. Dan jimmarka żieda ta’ 7% minn fuq l-aħħar kwart tas-sena li għaddiet meta dan l-uffiċju kien għadu għaddej fuq proġett pilota.
Għaldaqstant, in-numru ta’ mwiet li ġew innotifikati fl-istess uffiċċju bejn Jannar u April kien 219 metri bejn Ottubru u Diċembru n-numru ta’ mwiet innotifikati kien ta’ 149 persuna.
In-notifika mill-Isptar Mater Dei kienet qed isservi ta’ aktar faċilita’ lin-nies sabiex jiffrankaw it-taħbit milli jmorru l-uffiċju tal-insinwa l-Belt Valletta. Malli ssir in-notifika, l-uffiċju ta’ Identity Malta jħejju l-proċess sabiex eventwalment kemm it-twelidijiet kif ukoll l-imwiet jiġu rreġistrati.