Sal-bieraħ, aktar minn 100,000 ħadu d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela f’kitba fuq il-midja soċjali, li qal kif l-istudji tal-esperti dejjem urew li l-vaċċin huwa effettiv u qal kif id-doża addizzjonali hija l-pass li jmiss.
Dr Abela qal kif fil-jiem li ġejjin aktar nies se jirċievu s-sejħa sabiex jieħdu d-doża addizzjonali u appella sabiex in-nies iwieġbu għal din is-sejħa.
Intant, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fuq Twitter, fejn reġa’ tenna l-appell tiegħu biex kull min jirċievi l-appuntament, imur jitlaqqam.