Kaos kbir fil-pajjiż ġar tagħna, il-Libja, wara l-maltemp qawwi li ħakem diversi żoni f’dan il-pajjiż.
Aktar minn 10,000 persuna huma meqjusa mitlufa, filwaqt li eluf oħra nqatlu kawża tal-għargħar qawwi.
Qed jiġi rrappurtat li saħansitra l-Belt Derna nqerdet u litteralment tinsab taħt l-ilma wara li anke tkissru xi diegi.
ONE NEWS jinsab infurmat li Malta qed iżżomm kuntatt kontinwu mal-Ambaxxata Maltija fil-Libja.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.