Aktar minn 100 għaqda mhux governattiva f’Malta ibbenefikaw minn 624 donazzjoni minn individwi li bbenefikaw mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment. Dan l-ammont huwa apparti benefiċċji oħra li diversi għaqdiet mhux governattivi f’pajjiżna jingħataw mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, magħmul flus li jidħlu mill-fond taċ-ċittadinanza b’investiment għall-iżvilupp ta’ pajjiżna.
F’artiklu li deher fil-gazzetta MaltaToday, b’kollox ingħataw tlieta punt disgħa miljun ewro f’donazzjonijiet, skont informazzjoni mgħotija mis-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza.
Sal-aħħar tal-elfejn u sittax, ingħataw mitejn u ħmistax-il donazzjoni lill-organizzazzjonijiet filantropiċi li ammontaw għal €1,703,700. Puttinu Cares ibbenefika l-aktar, hekk kif irċieva aktar minn miljun ewro minn 160 donazzjonijiet individwali.
Puttinu huwa segwit mill-Malta Community Chest Fund li ngħata disgħa mija u erbatax-il elf ewro minn mija u tlieta u għoxrin donazzjoni.
Il-fondi mogħtija ntużaw għar-restrawr ta’ diversi siti storiċi bħas-Sala l-Kbira tal-Berġa ta’ Provenza, ix-xiri ta’ tnax-il qanpiena għall-Mużew Marittimu, u xogħlijiet f’Għar Dalam.
ORGANIZZAZZJONI | NUMRU TA’ DONAZZJONIJIET | AMMONT TOTALI MID-DONAZZJONIJIET |
PUTTINU CARES | 160 | €1,018,800 |
MALTA COMMUNITY CHEST FUND | 123 | €914,175 |
HERITAGE MALTA | 32 | €300,000 |
CLARIS FOUNDATION | 26 | €188,000 |
DAR TAL-PROVIDENZA | 28 | €138,800 |
INSPIRE | 29 | €127,900 |
ROTARY CLUB | 4 | €112,480 |
FAKULTA TAL-MATEMATIKA UM | 1 | €100,000 |
FONDAZZJONI KENN GĦAL SAĦĦTEK | 2 | €50,000 |
HOSPICE MALTA | 12 | €49,500 |
Ibbenefikaw ukoll għaqdiet sportivi u anke dawk reliġjużi, kulturali u oħrajn li jieħdu ħsieb il-patrimonju.
Kelliem għas-Segretarjat Parlamentari qal lill-MaltaToday li d-donazzjonijiet li jingħataw huwa fid-diskrezzjoni tal-applikanti. Il-fond tal-IIP jiġi nfurmat biss b’dawn id-donazzjonijiet għal raġunijiet t’informazzjoni.