Is-sena l-oħra, kważi tlieta u disgħin fil-mija tal-Maltin kienu f’qagħda finanzjarja tajba biżżejjed biex żammew darhom sħuna matul ix-xhur tax-xitwa.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT.
Kienu biss sebgħa punt tnejn fil-mija li ma setgħux iżommu darhom sħuna matul ix-xhur xitwin fis-sena tal-pandemija.
Il-medja ta’ popli oħra fl-Unjoni Ewropea li ma setgħux iżommu darhom sħuna fix-xitwa, hija ta’ tmienja punt tnejn fil-mija.
Dan ifisser li pajjiżna għandu iktar nies li kapaċi jżommu darhom sħuna mill-medja Ewropea.
Meta tqabbel l-istatistika tas-sena l-oħra ma’ dik tal-elfejn u tmintax, ir-rata ta’ Maltin li ma felħux iżommu darhom sħuna kienet ta’ sebgħa punt sitta fil-mija.
Dan ifisser li f’sentejn, komplew jiżdiedu n-nies li felħu jżommu darhom sħuna, anki f’sena ta’ pandemija li għal ħafna ppreżentat diversi sfidi.
L-aktar pajjiżi li kellhom nies li ma felħux isaħħnu djarhom fis-sena tal-pandemija, kienu l-Bulgarija, il-Litwanja, Ċipru u l-Portugall, rispettivament.