Xita, sajjetti, ragħad u beraq – matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kellna temp Xitwi. It-temp dalgħodu kien ukoll imsaħħab u b’ħalbiet tax-xita filwaqt li t-temperatura niżlet għal 23°C. Il-maltemp se jkompli jippersisti – Huwa mbassar li matul il-ġurnata tas-Sibt se jkollna temp bix-xita filwaqt li l-maltemp huwa mbassar ukoll għat-Tnejn u t-Tlieta. Wieħed jista’ jinnota li t-temperatura se tibqa’ relativament baxxa.
Iżda kif jgħid il-Malti: ‘Xemx u Xita, Alla jaf meta.’