Xita, sajjetti, ragħad u beraq – jidher li x-xahar ta’ Settembru se jkun qed jagħlaq bi kbir, hekk kif il-maltemp jippersisti. Bosta persuni qed ipoġġu ritratti fuq is-sit soċjali ta’ facebook u filmati tal-maltemp. Ħafna qed jikkummentaw u jsaqsu jekk illum jistax jiġi meqjus bħala dik li hi magħrufa bħala l-maltempata ta’ Settembru.
Iżda aħbar ħażina hija għal dawk li jħobbu jitgeddsu hekk kif l-uffiċju Meterjoloġiku qed ibassar li l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru se tkun waħda b’temperatura sħuna u temp xemxi. Bit-temperatura tilħaq it-28°C.
L-uffiċju meterjoloġiku mhux jeskludi li matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, jkompli l-maltemp, iżda kif jgħid il-Malti: ‘Xemx u Xita, Alla jaf meta.’