Festival tal-Musulmani Shia jista’ jħalli lil dak li jkun impressjonat.
Tfal miksija demm jibku jew inkella jipprovaw ikunu kuraġġużi, hekk kif il-ġenituri tagħhom jiftħulhom rashom jew partijiet minn ġisimhom, biex ikunu jistgħu jiċċappsu kemm jifilħu bid-demm tagħhom stess.
Dan bħala parti minn għaxart’ijiem ta’ luttu, li fihom dawk devoti jweġġgħu lilhom infushom bi skieken u ktajjen, l-iktar fir-ras, għax jemmnu li b’hekk jitnaddfu mid-dnub.
Dan huwa l-festival Ashura, fejn jiftakru fil-mewt tal-Imam Hussein, in-neputi tal-Profeta Mohammed.
Il-Festival sar ukoll f’diversi postijiet Ewropej fejn hemm komunitajiet Shia, inkluż il-Greċja. Ħafna tfal u adulti kellhom bżonn assistenza medika wara, speċjalment punti, biex dak li jkun ma jibqax jitlef demm.