Il-lokalitá ta’ San Lawrenz se tkun l-ewwel raħal dikjarat bħala dementia-friendly. In-nies tal-lokal se jkunu jistgħu joffru għajnuna u assistenza lill-persuni milqutin mid-dimensja permezz ta’ numru ta’ inizjattivi li introduċa dan il-Gvern.
Dwar dan is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fissret kif l-inizjattivi li saru fl-aħħar sentejn qed iqajmu aktar kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar din il-kundizzjoni, li qiegħda tiżdied aktar ma’ titwal il-ħajja fost l-anzjani.
Fost dawn l-inizjattivi nsibu:
- Il-Helpline 1771 li topera 24 siegħa kuljum
- Spazzji addattati għal anzjani li jbagħtu minn din il-kundizzjoni
- Ċentru Respite f’Għawdex
Inizjattiva importanti oħra kienet dik li ngħata taħriġ speċjalizzat lill-impjegati fil-qasam tal-anzjani. Dwar dan is-Segretarju Parlamentari għamlet referenza għat-taħriġ li ngħata lil dawk li jissejħu ‘informal carers’, jiġfieri l-istess membri tal-familja li fl-ewwel lok iridu jiffaċċjaw is-sitwazzjoni li tinħoloq meta l-qarib jew qariba tagħhom jintlaqtu mid-dimensja.