Il-Fondazzjoni Women for Women ftit jiem biss ‘il bogħod minn Jum il-mara, f’nhar it-8 ta’ Marzu, tellgħet expo immirat biex twassal informazzjoni lin-nisa dwar is-saħħa u l-benessere tal-mara.
ONE News attenda għal dan l-expo fejn hemmhekk tkellem ma’ Elaine Compagno li hija il-General Manager fi ħdan il-Women for Women Foundation fejn tlabniha tgħaddilna aktar informazzjoni dwar il-Women’s Health and Wellbeing Expo ta’ din is-sena.
Qalet, ‘Illum organizzajna Women’s Health and Wellbeing Expo biex inqajmu awareness fuq l-issues li jiltaqgħu magħhom in-nisa, li naħseb in-nisa bejnietna ma tantx nitkellmu fuqhom, u kienet importanti li nlaqqgħu dawn in-nisa kollha, u dawn l-istands, u dawn l-esperti dwar l-issues tas-saħħa tal-mara, biex nitgħallmu iktar dwar dawn l-affarijiet importanti. Illum hija fundraiser, in aid of Women for Women Foundation.’
F’din il-fiera, iltqajna ma’ Lina Sultana, Senior Staff Nurse li taħdem fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Iscreening fi ħdan il-Kura Primarja, fejn tkellimna magħha dwar kemm huwa mportanti li mara tagħmel l-iscreening regolari, sabiex ikun hemm nuqqas fl-imwiet u fl-iżvillupp tal-Kanċer.
Stqarret, ‘L-introduzzjoni tal-iscreening fi ħdan il-Kura Primarja, joffri servizzi ta’ screening għan-nisa, bażikament għandna tliet servizzi, li jipprovdu dan is-servizz, l-iscreening tas-sider, l-iscreening tal-musrana l-kbira u l-iscreening tal-għonq tal-utru. Importanti li mara tiskrinja b’mod regolari, għax niex li ma jkollhom l-ebda sintomi ta’ xejn, li min għalihom m’għandhom xejn, l-iscreening jista jsib bdil f’xi sistemi, li qegħdin niskrinjaw u allura jekk insibu xi abnormalities, dawn nittrattaw minnufih, li dejjem inaqqsu ir-riskju tal-cancer u innaqsu l-immoralita’.’
Kull min jixtieq jagħmel xi testijiet jista jagħmel dan permezz t’appuntament, billi jċempel liċ-Ċentru Nazzjonali tal-Iscreening fi ħdan il-Kura Primarja fuq 21227470/1