L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkompli bis-serje ta’ kunċerti chamber permezz tal-Piano Trio nhar il-Ħadd, 11 ta’ Mejju fid-11:00 a.m., fil-Furjana, fis-Sala Robert Samut.
Dan il-programm jinkludi xogħlijiet ta’ Sergei Rachmaninoff, Clara Schumann, u l-kompożitur żagħżugħ Malti Pierre Louis Attard, interpretati fuq il-pjanu, il-vjolin u ċ-ċellu. Il-kunċert jiftaħ bil-Piano Trio Élégique No. 1 ta’ Rachmaninoff, silta emozzjonanti u espressiva, segwita mill-premiere tat-trio tal-pjanu ta’ Attard—kompożizzjoni fuq tliet movimenti. Il-programm jagħlaq bil-kapulavur romantiku ta’ Clara Schumann, Piano Trio in G minor, Op. 17.
It-trio jinkludi lil Pierre Louis Attard fuq il-vjolin, Maria Elena Farrugia fuq il-pjanu, u Frank Camilleri fuq iċ-ċello.