Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, kompla bil-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjo-ekonomici dwar il-Malta Labour Migration Policy. F’laqgħa ma’ The Malta Chamber, din l-organizzazzjoni laqgħet b’mod pożittiv il-proċess u wħud mir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-politika ta’ migrazzjoni filwaqt li ressqet ukoll xi suġġerimenti kif uħud mill-proposti jistgħu jitjiebu sabiex tissaħħaħ l-istabbilità tal-ekonomija Maltija u d-drittijiet tal-ħaddiema.
