Bosta jistennew tmiem il-ġimgħa b’ħerqa kbira biex igawdu lill-familja, il-passatempi jew forsi xi raqda ftit aktar twila mis-soltu. L-2017 se tkun sena ferm isbaħ, għax ħafna festi se jmissu ma’ tmiem-il ġimgħa
Il-festi li se jkunu qed jaħbtu matul u fi tmiem il-ġimgħa, b’bosta minnhom ikunu t-Tnejn jew il-Ġimgħa huma, l-10 ta’ Frar li tiġi l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, Jum il-Ħelsien li jiġi fil-31 ta’ Marzu, il-Ġimgħa l-Kbira fl-14 ta’ April, Jum il-Ħaddiem fl-1 ta’ Mejju, Sette Giugno fis-7 ta’ Ġunju, il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl fid-29 ta’ Ġunju, il-Festa ta’ Marija assunta fil-15 t’Awwissu, il-Festa tal-Vitorja fit-8 ta’ Settembru, l-Indipendenza fil-21 ta’ Settembru, il-Festa tal-Kunċizzjoni Immakulata fit-8 ta’ Diċembru, Jum ir-Repubblika fit-13 ta’ Diċembru u l-Miled fil-25 ta’ Diċembru.
Dan ifisser li filwaqt li jgawdu tmiem il-ġimgħa mingħajr xogħol jew skola se jkollhom saħansitra waqfa matul il-ġimgħa biex żgur ma jistrapazzawx ruħhom mix-xogħol żejjed.
Ovvjament mhux kulħadd se jkun qed igawdi minn dawn il-jiem hekk kif bosta persuni li jaħdmu f’setturi bħal tat-trasport pubbliku, tas-saħħa, tal-midja, tal-ikel u bosta setturi oħra xorta waħda jaħdmu f’dawn il-jiem.