Fuq is-settur tal-avjazzjoni, fid-diskors tal-baġit, il-Ministru Edward Scicluna qal li se jkompli jkabbar dan iż-żvilupp permezz ta’ setturi bħal dak tad-drones.
Matul is-sena li ġejja, il-Ministeru tat-Turiżmu sa jkun qed jagħmel master plan għall-ajruport. Dan il-master plan se jinkludi fih l-investiment f’sistemi ġodda tal-aħħar teknoloġija fl-immaniġġjar tat-traffiku, flimkien mat-tkabbir runway u t-taxiway. Tħabbar ukoll li se jkun qed isir ix-xogħol preparatorju għal bini ta’ Air Traffic Control Centre ġdid.
Filwaqt li fuq il-qasam marittimu, il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern bħalissa għaddej f’diskussjonijiet mal-Valletta Cruiseport dwar isir it-tkabbir li hemm bżonn f’Pinto 4 u 5.