Il-Kummisjoni Maltija għall-Films ħarġet sejħa għall-proposti biex tiġi żvillupata mill-ġdid l-faċilitá tal-Films tar-Rinella. Dan tħabbar mill-Kummisjoni fi stqarrija, fejn spjegat li ħames kumpaniji internazzjonali kienu ntgħażlu wara li esprimew l-interess tagħhom f’dan l-investiment.
Dawn il-kumpaniji jinkludu:
- Golden Zephyr Ltd
- Island Productions Ltd
- Mediente Ltd
- Pinewood Studios
- Safet SPA
Il-Kummisjoni Maltija għall-films spjegat li l-istess kumpaniji huma mistennija jippreżentaw l-proposti tagħhom sat- 22 ta’ Diċembru, li għandha tinkludi spjegazzjoni tal-istrateġija tagħhom biex l-industrija tal-films f’pajjiżna tkompli tissaħħaħ u tiġġenera aktar flus fl-ekonomija.
Fi stqarrija, l-Kummisjoni spjegat li l-Gvern huwa determinat li jipprovdi qafas leġislattiv ġdid li jinkludi regolatur effettiv għall-industrija tal-films u li se jaħdem b’mod indipendenti mill-operaturi kollha. Dan se jiżgura li l-istudjos u l-industrija tal-films b’mod ġenerali jkunu regolati bl-aħjar mod.