F’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema ‘Malta- Inlestu għall-Futur’, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali, Michael Farrugia, tkellem dwar l-investimenti li qed isiru fil korp tal-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta.
Huwa spjega kif inhu mistenni li jkun konkluż ftehim settorali maħsub biex itejjeb il kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Pulizija. Dan anke biex itejjeb l-ambjent ta’ fejn jaħdmu l-Pulizija, fosthom l-għasses. Dan fl-istess waqt li għaddej proċess fi ħdan il-korp sabiex jitwaqqfu 4 sub headquarters ġodda.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li flimkien mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni qed jiġi ppjanat li fl-MCAST jitwaqqfu pre-vocational classes sabiex jiffaċilitaw it-triq li biha persuna tista’ tikseb il-ħiliet li bihom tista’ ssir pulizija.