Il-Kunsill Malti għall-Arti se jkompli jmexxi l-investiment tal-Gvern fit-tkabbir tas-setturi tal-kultura u l-kreattività.
Se jkun żgurat li Valletta 2018 toħroġ bl-unuri u b’suċċess bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Id-Direttorat tal-Avvenimenti u Festivals tal-Kunsill se jara li jtejjeb u jżid il-kontenut artistiku tal-festivals li jtella’, filwaqt li jara li dawn ikunu wkoll disponibbli għall-Fondazzjoni biex ikunu inklużi fil-programm kulturali tagħha.