Transport Malta, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi, tniedi
mill-ġdid inċentivi finanzjarji mfassla biex jippromwovu għażliet ta’ trasport aktar ambjentali u sostenibbli.
L-applikazzjonijiet għal dawn l-inċentivi huma miftuħa għas-sidien eliġibbli kollha tal-vetturi u jistgħu
jinkisbu mill-uffiċini ta’ Transport Malta fil-Marsa jew Ħal-Lija jew onlajn permezz tal-website uffiċjali talAwtorità: www.transport.gov.mt
Dawn l-għotjiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali, għandhom l-għan li jservu bħala mezz ta’ inkoraġġiment
biex iżjed nies jagħżlu vetturi eko-effiċjenti f’konformità mal-impenn tal-gvern għal futur sostenibbli.
L-għotjiet jippromwovu aktar il-mobilità elettrika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport tat-triq
permezz ta’ dawn l-inizjattivi:
- Ix-xiri ta’ vetturi elettriċi użati;
- Ix-xiri ta’ kick scooters elettriċi ġodda minn individwi;
- Ix-xiri ta’ vetturi aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti biex jintużaw bħala taxis jew vetturi Y-plate;
- L-użu tal-LPG bħala fjuwil li jissostitwixxi l-petrol jew id-diżil; u
- It-tagħmir ta’ apparat li jnaqqas l-emissjonijiet:
o Pannelli fotovoltajċi fuq vetturi heavy-duty u trailers biex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u lemissjoni tad-Dijossidu tal-Karbonju (CO2); u
o Sistemi ta’ propulsjoni elettrika tal-batterija fuq vetturi bil-mutur biex jiġu eliminati lemissjonijiet mit-tailpipe.
Permezz ta’ dawn l-inizjattivi u oħrajn maħruġa fl-aħħar ġimgħat, Transport Malta tibqa’ kommessa li
tkompli tippromovi iżjed prattiċi sostenibbli fid-dinja tat-trasport.