Il-kumpanija GO nediet fond b’investiment ta’ €80,000 biex iservi ta’ appoġġ għall-proġetti edukattivi u jiżdied l-interess fis-suġġetti tax-xjenza.
L-ewwel appoġġ għal ta’ dan il-fond se jkun fl-inizjattiva “Aqra Kemm Tiflaħ”.
Kull librerija tal-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena se tingħata mitt ktieb interessanti biex it-tfal jitħajru jaqraw waqt il-ħin liberu. Il-kotba jinkludu dawk tal-ġeneru fiction u anke non fiction, u ħamin se jkunu bil-Malti, filwaqt li ħamsin oħra jkuni bl-Ingliż. Din l-inizjattiva se ssir b’investiment ta’ €11,000, u l-progett isir kollu tul din is-sena skolastika
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li huwa grat ħafna lejn dan l-appoġġ li qed jingħata l-Ministeru.