Il-protesti ta’ Venezuela raw tlett imwiet oħra, fejn it-total ta’ kemm il-persuna mietet f’dawn l-aħħar jiem kawża tal-vjolenza waqt dawn il-protesti jkun ta’ 24 persuna.
Hu rrapportat li l-isptar ittieħdu diversi persuni midruba, fejn fosthom hemm min hu “bejn ħajja u mewt.”
Il-protesti qed isiru kontra l-Gvern li bħalissa qed jiġi mmexxi mill-President tal-Veneżwela Nicolas Maduro.
Dan ix-xahar inqatlu madwar 12-il persuna waqt protesti favur u kontra l-Gvern, u ħdax-il persuna nqatlu l-Ġimgħa.
Dawn il-protesti qed jitqiesu bħala l-akbar li qatt saru f’dawn l-aħħar snin.