L-aqwa ftehim kollettiv għal 33,000 ħaddiem tas-Settur Pubbliku b’investiment ta’ €1.27 biljun sal-2030 ġie mfaħħar minn aktar imsieħba soċjali.
Fost dawn kien hemm l-imsieħba li jaħdmu mal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.
“Kif qal tajjeb il-Prim Ministru, dan huwa l-aqwa agreement li qatt sar għal ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u l-aqwa agreement mhux biss mil-lat finanzjarju, imma ġew indirizzati anomaliji bħad-deductions tas-sick leave, il-qualifications’ allowances se jibqa’ joħodhom kulħadd u kien hemm ukoll l-element tal-long term bonus.”
“L-Assoċjazzjoni Medika Maltija kuntenta b’dan il-ftehim, li qed jolqot it-tobba tal-grad tan-nofs u t’isfel, jolqot ukoll xi konsulenti li għandhom kuntratt mill-privat. Aħna naħsbu li dan huwa sodisfaċenti.”
Dan filwaqt li Gail Debono, il-President tal-Kamra tal-Psikoloġi qalet kif dawn il-ħaddiema huma rikonoxxuti.
“Huwa tajjeb li psikoloġi fis-settur pubbliku qed jiġu rikonoxxuti fix-xogħol tagħhom, b’dan il-ftehim kollettiv tajjeb li ffirmajna.”