Wara d-domanda qawwija li kellhom tul dawn l-aħħar xhur, Reġus fetħu uffiċjalment it-tieni ċentru ta’ kummerċ f’pajjiżna. Ix-xogħol ta’ Regus hu li jgħinu lil negozji jaħdmu f’ambjent iktar flessibbli u komdu, u kif ukoll jipprovdu servizzi sapportivi għal ħinijiet qosra jew saħansitra fuq tul ta’ sena.
Permezz ta’ dan l-investiment inħolqu spazju għal 161 persuna li se jkunu jistgħu jaħdmu minn dawn l-uffiċini ġodda.
Waqt li inawgura dan iċ-ċentru ta’ kummerċ, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat qal li dan huwa eżempju ċar ta’ kif kumpaniji barranin qed ifittxu iktar lil Malta biex jiġu joperaw minn hawn.
Il-Prim Ministru qal li dan ifisser iktar xogħol u rrefera għal mod li pajjiżna qed jirnexxilu jiġġenera għoxrin impjieg fultajm kuljum.