Aktar persuni qed jappellaw biex id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, iħallas għal għemilu u jerfa’ responsabilità politika.
Fuq ONE WEEK, l-opinjonista Jes Saliba qal li Bezzina għandu jirriżenja.
Saliba ukoll innota l-ipokrezija politika tal-Partit Nazzjonalista fejn Bezzina applika għall-villa bi swimming pool fuq art ODZ meta kien wieħed mill-awturi tad-dokument tal-Partit Nazzjonalista għall-ambjent.
ONE WEEK iddiskuta ukoll il-liġi l-ġdida għall-midja. Bl-opinjonista Jes Saliba ukoll kellu kliem pożittiv għal kif din il-liġi tħares lill-ġurnalisti u l-istampa f’pajjiżna u hija aġġornata għaż-żminjiet tal-lum .
Fl-istess programm ipparteċipa l-ekonomista, Aaron Farrugia, li nnota l-aġir tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, meta din il-ġimgħa ma xehedx fil-Qorti fuq allegazzjonijiet li ilu għaddej bihom.